Il-produzzjoni ‘Madame Blanc’ terġa tagħżel lil Malta għat-tielet darba.
15 September 2023

‘Madame Blanc’ hija sensiela televiżiva Brittanika, li għal darb’ oħra għażlet lil Għawdex biex tiġbed 7 episodji. Din il-produzzjoni, b’baġit f’Malta ta’ l-fuq minn ħames miljuni, qed tħaddem il-fuq minn mitt ħaddiem, fejn fosthom 80% minnhom huma Maltin u Għawdxin.

Bl-istrategija tagħna biex nattiraw kemm produzzjonijiet kbar u kif ukoll oħrajn zgħar, qed nbiddlu l-industrija tal-films f’Malta minn waħda staġjonali għal waħda stabbilita’ u sostennibli.

Illum qed naraw ukoll għal darba oħra produzzjoni li għażlet lil Malta għat-tielet darba, fejn permezz tat-tlett staġuni, din il-kumpanija b’kollox ser tkun nefqet f’Malta aktar minn 11-il miljun ewro.

Il-Kummissarju Malti għall-Films Johann Grech irringrazzja lil crew tas-sapport u d-dedikazzjoni li dejjem urew f’xogħolhom u rrimarka kif l-industrija tal-films mhix piż fuq pajjiżna, iżda hija l-enerġija fuq l-ekonomija tagħna.

“L-industrija tal-films f’Malta hija waħda b’saħħitha u vibranti. It-triq biex inkomplu niksbu dawn is-suċċessi hija dovuta għal involviment ta’ iżjed ħaddiema Maltin u Għawdxin li qegħdin ikomplu jaħdmu fuq diversi produzzjonijiet matul is-sena kollha. L-għan tagħna jibqa’ dak li nkomplu ninvestu iżjed biex din l-industrija tkompli tikber, tissaħħaħ u tkun fost il-muturi ewlenin tal-ekonomija Maltija,” saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

control_scr

administrator

Pelicula

A modern theme for the film industry & video production
This error message is only visible to WordPress admins

Error: No feed found.

Please go to the Instagram Feed settings page to create a feed.