Stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni tal-Films
02 October 2023

“Għal kull €1 investita f’cash rebate, gie ġġenerat €3 fl-ekonomija Maltija” – studju indipendenti Studju dwar l-impatt ekonomiku tal-industrija tal-films f’Malta li sar mill-Malta University Consulting Limited janaliżża l-impatt li qed tħalli din l-industrija fl-ekonomija Maltija.

Li jirriżulta minn dan l-istudju huwa li għal kull ewro ta’ finanzjament pubbliku investit permezz tal-iskema tal-cash rebate, jirriżulta f’multiplier ta’ kontribuzzjoni ekonomika ta’ tlett darbiet fuq l-ekonomija lokali.

Dan il-multiplier jikkonsidra biss dħul ritenut u minfuq fil-pajjiż u jeskludi kompletament kull nefqa, kemm dik rebated u kemm dik li m’hijiex, li m’għandiex impatt ekonomiku lokali. Dan ifisser li pagi ta’ atturi u pagi ta’ crew barranin qed jiġu esklużi, peress li dak il-valur mhux jiġi ikkunsidrat bħala minfuq u ritenut f’pajjiżna fil-kalkulu ta’ dan il-multiplier.

“Dan l-istudju jikkonferma dak li aħna ilna nsostnu. Din l-industija mhiex piż fuq il-pajjiż iżda hija l-enerġija tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Ir-riżultat huwa ċar, għall-kull ewro li ninvestu fil-cash rebate, nieħdu tlett ewro lura. Aħna ser inkomplu naħdmu biex noħolqu aktar jobs għall-Maltin u Għawdxin, irridu aktar negozji jiftħu l-business tagħhom fil-films, għalhekk determinati biex dak li ksibna flimkien tul dawn l-aħħar snin, ikun akbar fiż-żmien li ġej”, stqarr il-Kummissarju tal-Films Johann Grech.

“Il-cash rebate li noffru lill-produzzjonijiet barranin u anke lokali li jilħqu numru ta’ tragwardi kien, għadu u ser jibqa’ meħtieġ biex Malta tkompli tattira iżjed proġetti li jixtiequ jiġbdu l-istorja tagħhom hawnhekk. L-interess tagħna huwa bbażat li jkollna inċentivi fiskali kompettitivi, b’saħħithom u li huma sostenibbli għas-snin li ġejjin,” saħaq il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Il-konferenza stampa ġiet indirizzata mill-ekonomista Jessica Camilleri, l-ekonomist Dustin Chodorowicz, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech u l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Study Executive Summary

control_scr

administrator

Pelicula

A modern theme for the film industry & video production
This error message is only visible to WordPress admins

Error: No feed found.

Please go to the Instagram Feed settings page to create a feed.